Maltese
Dwar it-TBS L-għanijiet tas-Soċjetà Il-proġett ta’ Reviżjoni tal-Bibbja Maltija

Dwar it-TBS

Is-Soċjetà Biblika Trinitarjana twaqqfet fl-1831 bħala soċjetà ta’ denominazzjonijiet differenti biex tipprovdi nies madwar id-dinja b’edizzjonijiet fidili u eżatti tal-Iskritturi Mqaddsa, tradotti mill-aqwa testi bibliċi. Mill-ewwel laqgħa inawgurali tas-Socjetà fl-1831 rajna l-id ta’ Alla fuq ix-xogħol u matul il-ħafna tibdil li esperjenza jna. Madankollu, ħaġa waħda baqgħet ma nbidlitx mil-laqgħa inawgurali: l-għan tagħna.

l-objettiv ta’ din is-Soċjetà huwa li tippromwovi l-glorja ta’ Alla u s-salvazzjoni tal-bnedmin, kemm lokalment u anke barra, b’dipendenza fuq il-barka divina, l-Iskritturi Mqaddsa, li huma mogħtija b’ispirazzjoni mingħand Alla, u jistgħu jagħmlu l-bndemin għorrief għas-salvazzjoni, permezz tal-fidi li hija fi Kristu Ġesù.

Illum it-TBS għandha proċess ta’ aktar minn erbgħin proġett ta’ traduzzjonijiet tal-Bibbja jew revizjonijiet. Fejn possibbli aħna nittraduċu dirett mil-lingwi bibliċi, il-Masoretiku Lhudi għat-Testment l-Antik u t-Test Riċevut Grieg għat-Testment il-Ġdid. Nużaw il-prinċipju ta’ ekwivalenza formali biex it-traduzzjonijiet tagħna jkunu viċin kemm jista’ jkun għall-Iskritturi spirati minn Alla.Id-dottrina ta’ ispirazzjoni verbali u plenarja, u d-dottrina tal-priżervazzjoni providenzjali huma l-pedamenti neċessarji għal approwċ xieraq lejn il-Kelma ta’ Alla. Għalkemm il-verżjonijiet ispirati u oriġinali tat-Testment l-Antik Lhudi u t-Testment il-Ġdid Grieg ma jeżistux illum, bil-fidi aħna nafu li l-Masoretiku Lhudi u t-Test Riċevut Grieg (maghruf ukoll bħala t-Textus Receptus) huma l-Kelma pura ta’ Alla, priżervata minn Alla, matul li storja twila ta’ kkupjar u trasmissjoni fost il-poplu tiegħu.

Aħna jista’ jkollna l-assigurazzjoni konfidenti li l-Kelma ta’ Alla kif inhi misjuba fit-Textus Receptus tat-Testment il-Ġdid, hija rappreżentazzjoni ta’ min jafdaha, tal-kitba kif mogħtija oriġinarjament. Alla pprovda li ħafna ġenerazzjonijiet ta’ dawk li jemmnu stampaw edizzjonijiet tal-kitba Griega u Bibbji kienu tradotti minnhom. Fil-partl l-kbira, it-Textus Receptus jaqbel mal-manuskritti Griegi li kienu użati għal ħafna sekli, u li kienu l-bażi ta’ ħafna Bibbji ta’ żmien ir-Riforma. Alla kompla jiippriżerva it-Testment il-Ġdid tiegħu billi jiggwida l-poplu tiegħu li juża kitba li, ghalkemm f’forma miktuba, madankollu hija l-Kelma qaddisa ta’ Alla mill-eternità. Jalla l-Kristjani jwarrbu l-kitba Griega moderna u l-verżjonijiet li jimxu fuqhom u jużaw it-Testment il-ġdid tat-Textus Receptus Grieg u traduzzjonijiet fidili minnu, li Alla bierek għal ħafna sekli!

Meta traduzzjoni jew reviżjoni hi kompluta, aħna niffokaw biex nippublikaw u nqassmu l-Iskritturi, kif il-Mulej jagħti l-abbiltà. Nippromwovu wkoll traduzzjonijiet li huma preċiżi u ta’ min jafdhom. F’xi każijiet dawn it-traduzzjonijiet kienu preparati mit-TBS, f’każijiet oħra kienu tradotti mill-aqwa testi. U waqt dan kollu, inkomplu nżommu d-dottrini Protestanti tal-Iskritturi Mqaddsa u t-Trinità Mqaddsa.


L-għanijiet tas-Soċjetà

L-għan prinċipali ta’ din is-Soċjetà huwa li tippromwovi il-glorja ta’ Alla u s-salvazzjoni tal-bnedmin, billi tqassam, kemm lokalment u anki barra l-pajjiż, b’dipendenza fuq il-barka Divina, li Skritturi Mqaddsa, li huma mogħtija b’ispirazzjoni minn Alla, u jistgħu jagħmlu l-bnedmin għorrief għas-salvazzjoni, permezz tal-fidi li hi fi Kristu Ġesù Din l-enfasi huwa muri ċar fl-għanijiet tagħna kif muri hawn isfel.

  • Biex tippublika u tqassam l-Iskritturi Mqaddsa madwar id-dinja f’ħafna lingwi
  • Biex tippromwovi traduzzjonijiet Bibliċi li huma akkurati u ta’ min jafdom, konformi
  • mal-kitba tal-Masoretiku Lhudi tat-Testment l-antik, u t-Textus Receptus Grieg tat-Testment il-Gdid, il-kitba li fuqhom il-Verżjoni Awtorizzata Ingliza hija bbażata
  • Biex tkun strumentali biex twassal dawl u ħajja, permezz tal-Vanġelu ta’ Kristu, lil dawk li huma mitlufin fid-dnub u d-dlam ta’ reliġjon falza u nuqqas ta’ twemmin
  • Biex iżżomm id-dottrini ta’ Kristjaneżmu Riformista, tixhed għall-ugwaljanza u eżistenza eterna ta’ Alla l-Missier, Alla l-Iben u Alla li Spirtu s-Santu, Alla wiehed fi tliet persuni
  • Biex iżżomm il-Bibbja bħala l-kitba ispirata, bla żball tal-Kelma ta’ Alla
  • Għall-Glorja ta’ Alla u t-Tkabbir tas-Saltna tiegħu permezz taċ-ċirkolazzjoni ta’ verżjonijiet Protestanti jew mhux mbagħbsa tal-Kelma ta’ Alla

Aħna ninkuraġġixxu t-talb tagħkom biex inkunu mgħejjuna nkomplu x-xogħol li nipprovdu l-Kelma ta’ Alla lill-popli.


Il-proġett ta’ Reviżjoni tal-Bibbja Maltija

Il-Bibbja Maltija kienet l-ewwel ippublikata mis-Soċjetà fl-1980. Fis-snin riċenti beda proġett ġdid ta’reviżjoni tal-Bibbja, minħabba aġġornamenti fl-ortografija tal-lingwa Maltija li seħħew fl-aħħar snin. It-tim Malti ddiġatizza b’suċċess il-Bibbja Maltija u fil-preżent qed jirrevedi t-Testment il-Ġdid. It-tim għamel progress gradwali:

  • 2015 – it-tim iffoka fuq ir-reviżjoni tal-Vanġelu skont Ġwanni
  • 2017 – il-Vanġelu skont Ġwanni hu ssettjajt bi preparazzjoni għall-publikazzjoni
  • 2018 – il-Vanġelu skont Ġwanni huwa ppublikat
  • 2020 – il-korrezzjonijiet grammatikali jkunu lesti ghall-Vanġeli, Atti u beda x-xogħol fuq l-Epistoli Pawlini

Fl-2018 il-Vanġelu skont Ġwanni kien ippublikat (stampat fil-facilità ta’ Bearing Precious Seed f’Milford, Ohio, USA, u kien imħallas mill-First Bible International). Ġew stampati 100,000 kopja. biżżejjed għal kull dar gewwa l-gżejjer Maltin. Voluntiera dedikati qed iqassmu Vanġelu lil kull dar, biċċa xogħol kbira imma bil-providenza tajba tal-Mulej, tkun kompluta. It-tim ikompli x-xogħol fuq ir-reviżjoni, u aħna nirrikjestaw it-talb tagħkom biex huma jkunu sostnuti u mgħejuna mill-Mulej matul il-proġett kollu. “hekk jiġri minn kelmti: hija toħroġ minn fommi, u ma terġax lura vojta, imma tagħmel dak li jogħġob lili, u ttemm dak li nkun bgħattha tagħmel.” Isaija 55:11

Trinitarian Bible Society, William Tyndale House, 29 Deer Park Road, London SW19 3NN, England · Tel.: (020) 8543 7857
Registered Charity Number: 233082 (England) SC038379 (Scotland)